Bir-reazzjoni għar-rebħa kbira tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li Malta tagħna lkoll għażlet li tibqa’ mixja ‘l quddiem, għażlet l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.
Stqarr li jinsab kommoss u obbligat lejn il-poplu Malti hekk kif id-distakk bejn iż-żewġ partiti huwa wieħed notevoli. Iżda fl-ewwel punt tal-aġenda tiegħu għandu li wara din il-kampanja distruttiva jkompli jerġa’ jgħaqqad il-pajjiż.
Huwa qal li kull min hu lest li jaħdem għal pajjiż, huwa lest li jaħdem miegħu. Jaħdem miegħu f’din it-triq għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna li għażel il-poplu Malti u Għawdxi. Il-Prim Ministru tenna li ħafna l-affarijiet huma lesti biex inkomplu mexjin ‘il quddiem.
F’kummenti fuq ONE huwa qal biex kulħadd iżomm kalm u li minkejja ċ-ċelebrazzjonijiet kulħadd iżomm mal-liġijiet u l-kawtela. Il-Prim Ministru stieden lil Malta u Għawdex biex tinġabar quddiem il-Kwartieri tal-Partit Laburista fit-15.00.