L-Istitut Legatum, ibbażat f’Londra, ħareġ indiċi annwali ta’ prosperità globali, li huwa stħarriġ importanti li jikklassifika l-pajjiżi l-aktar għonja fid-dinja.
L-organizzazzjoni tqabbel 104 fattur u toħroġ b’lista. Il-fatturi jinkludi indikaturi tradizzjonali, bħall- prodott gross domestiku per capita u n-numru ta’ nies jaħdmu full-time, iżda wkoll iċ-ċifri aktar interessanti bħan-numru ta’ servers tal-internet sikuri li għandu l-pajjiż, u kemm iħossuhom mistrieħa n-nies kuljum.
Il-varjabbli huma mbagħad maqsuma f’disa kategoriji oħra: il-kwalità ekonomika, l-ambjent tan-negozju, il-gvernanza, l-edukazzjoni, is-saħħa, is-sigurtà, il-libertà personali, il-kapital soċjali, u l-ambjentali naturali.
L-indiċi ħares lejn il-149 pajjiż fid-dinja li għandhom l-aktar data disponibbli. Għall-aħħar seba ‘snin ta’ l-indiċi, in-Norveġja ħadet l-ewwel post, iżda fl-2016, kien hemm pajjiżi ġodda li sabu ruħhom fil-lista.
Fosthom Malta. Dwar pajjiżna, li ġie fl-24 post, jgħidu hekk:
The small island nation in the Mediterranean was in the top 20 in four areas, but did best when it comes to social capital, ending 8th overall.
Pajjiżna ġie fl-ewwel post fejn jidħlu l-kapital soċjali u drittijiet fundamentali bħall-ħelsien personali. Ninsabu fuq quddiem ukoll fejn tidħol il-gvernanza u l-edukazzjoni. Riżultati inqas pożittivi kienu irreġistrati fl-indiċi dwar l-ambjent naturali, fejn iżda xorta nibqgħu fuq ta’ quddiem.