F’Ġunju li għadda Malta kella t-tielet l-anqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa. Dan ħareġ minn statistika tal-Eurostat li qalet ukoll li f’Ġunju, iż-żona tal-ewro kellha l-anqas rata ta’ qgħad minn Diċembru 2008 ‘l hawn.
Skont il-Eurostat, f’Ġunju 2017, il-pajjiż bl-anqas rata ta’ qgħad kien ir-Reppubblika Ċeka, bir-rata tkun ta’ 2.9%. Warajh hemm il-Ġermanja b’rata ta’ 3.8% u Malta b’4.1%. Min-naħa l-oħra l-pajjiżi bl-ogħla rata ta’ qgħad huma l-Greċja bi 21.7% u Spanja b’17.8%.