Il-kunċett ta’ geo-targeting huwa meta jkun stabbilit il-post fejn persuna tkun meta żżur sit elettroniku, u minn hemm jiġi deċiż x’tip ta’ riklamar jintbagħat lilha.
Skont l-aġenzija Eurostat, geo-targeting jintuża l-aktar f’Ċipru, fejn 53% tal-intrapriżi jirriklamaw online b’dan il-mod. Issegwi l-Irlanda (43%) u Malta (41%).
Warajna hemm l-Olanda, il-Latvia u l-Finlandja.