F’logħba oħra mill-UEFA Nations League, t-tim nazzjonali Malti sofra l-akbar telfa f’dawn il-kampjonati meta fl-istadium Nazzjonali l-Kosovo ħarġu rebbieħa 5 – 0.
Bla dubju l-Kosovo kienu l-aħjar tim fil-ground u rnexxilhom jmorru fil-vantaġġ mal-kwarta logħob meta Joseph Mbong dam jaħsibha, qassam lejn in-nofs, approfittaw mill-ewwel il-plejers mill-Kosovo b’Vedat Muriqi jixħet fix-xibka u jpoġġi lil Kosovo fil-vantaġġ.
L-ewwel taqsima intemmet 1 -0.
Il-Kosovo għamluhom tnejn meta Ryan Camilleri u Zach Muscat ma ftemhux bejniethom approfitta Benjamin Kololli li qabbeż il-ballun minfuq Hogg u għamel l-iskor 2 – 0.
78 minuta u l-Kosovo jagħmluhom tlieta meta minn ħarba mil-lemin Vedat Muriqi jqassam lejn is-sostitut Donis Avdijaj li mill-qrib ma’ falliex għal 3 – 0.
Żewġ minuti wara repetizzjoni pratikkament tal-goal preċedenti iżda din id-darba jkun Milot Rashica li jipprovdi u għal darba jkun Donis Avdijaj li jixħet fix-xibka għal 4 – 0.
Tliet minuti mit-tmiem l-Kosovo jissiġillaw r-rebħa meta Raschica b’xutt mid-distanza li għal darbaoħra spiċċa fix-xibka Maltija.
Ritratt: MFA