B’rata ta’ qgħad ta’ 4.3% Malta żammet postha fost il-pajjiżi bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa. Għal darb oħra kienu l-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka biss li kellhom rata ta’ qgħad inqas minn ta’ Malta b’4.2% u 4.1%.
Ir-rata ta’ qgħad f’Malta tibqa’ ferm inqas minn dik fiż-Żona Ewro fejn hi ta’ 10.2%. Fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea r-rata medja ta’ qgħad hija ta’ 8.7%.