Bħala l-aqwa pajjiż fl-Ewropa f’dawk li huma drittijiet ta’ persuni LGBTIQ, Malta ngħaqdet mal-Presidenza tal-Olanda tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u tellgħat l-bandiera qawsalla mal-bini ta’ Dar Malta (ritratt fuq) fil-Jum Internazzjonali u t-Transfobija.
Sadanittant, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarjiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili pparteċipa f’din l-attività għamel bandiera qawsalla mal-binja tiegħu.
Malta żżomm l-ewwel post fl-indiċi tal-ILGA-Europe 2016 minn fost 49 pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ. Fir-rapport annwali taghha, ILGA-Europe tiddeskrivi l-impenn konsistenti tal-gvern Malti għal ugwaljanza akbar għall-persuni LGBTIQ bħala “wieħed uniku”.