Il-Gvern ikkonferma d-deċiżjoni li nhar il-Ġimgħa li ġej ikun immarkat b’luttu nazzjonali hekk kif tħabbar li f’dan il-jum se jsir il-funeral ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li dan se jsir bħala sinjal li l-ebda attakk fuq il-libertà tal-espressjoni ma huwa aċċettat fid-demokrazija tagħna. Il-Gvern qal li dan se jkun ukoll turija ta’ rispett minn pajjiż wieħed, magħqud.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar diġà kiteb uffiċjalment lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Kapijiet tal-Entitajiet Pubbliċi biex dakinhar il-bnadar fuq il-binjiet pubbliċi kollha jittajru mezz’asta.
Il-Gvern appella biex dan is-sentiment ta’ luttu nazzjonali jiġi rrispettat minn kulħadd u sostna li s-saħħa tad-demokrazija tagħna toħroġ f’mumenti bħal dawn.