Il-Mexxejja ta’ Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja se jkunu Malta nhar il-Ġimgħa li ġej għal summit bejn il-Pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa li se jmexxi l-Prim Ministru Joseph Muscat. L-EUMed7 welldu alleanza bejniethom f’Diċembru tal-2013 biex ikunu indirizzati temi komuni fir-reġjun tal-Mediterran.
L-ewwel summit tal-EUMed7 iltaqa’ f’Settembru tal-2016 f’Ateni, fejn il-mexxejja ddiskutew azzjoni kkordinata dwar il-kwistjoni tat-tkabbir ekonomiku u tas-sigurtà reġjonali. Summits oħrajn saru f’Liżbona, Madrid u Ruma, bl-aħħar summit jiltaqa’ f’Nicosia aktar kmieni din is-sena, fejn id-diskussjonijiet iffokaw fuq it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-qafas finanzjarju ta’ dan ir-reġjun.
Dak li se jitlaqa’ f’Malta din il-ġimgħa se jkun is-sitt EUMed7 Summit fejn il-migrazzjoni, Brexit, iż-żona ewro, l-enerġija, id-drittijiet soċjali u anke s-sigurtà reġjonali se jkunu protagonisti. Wara l-mexxejja se jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet.
one.com.mt se jkun qed jaġġorna l-qarrejja tiegħu b’mod kontinwu nhar il-Ġimgħa li ġej. Wieħed jista’ jsegwi l-laqgħat permexx tal-midja soċjali tal-Gvern billi juża l-hashtag #EUMed7Malta.