Bejn it-28 ta’ Ġunju u t-3 ta’ Lulju Malta se tkun qed tospita il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa tal-Irġiel. Il-logħob kollu se jsir fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali.
Il-coach il-ġdid tat-team malti Alan Walls għandu skwadra ta’ 14-il plejer b’taħlita ta’plejers li jilgħabu f’malta u barra minn xtutna.
Jispikkaw bosta plejers mit-team li rebah il-kampjonat nazzjonali Starlites. Fost dawn l-aħwa Alec u Ian Felice Pace li kellhom staġun mill-aqwa.
L-iskwadra tinkludi wkoll lill-plejer li jilgħab l-Awstralja Nelson Kahler u lil Jack Żammit li jilgħab fl-Istati Uniti.
Ma jonqosx ukoll il-kolonna tat-team malti Samuel Deguara li bħalissa jilgħab it-Taiwan.
L-iskwadra kollha maltija:
Miguel Brincat (Depiro BC)
David Bugeja (Hibernians)
Samuel Deguara (TaiwanBeer HeroBears, Taiwan)
Alec Felice Pace, Ian Felice Pace, Matthew Scerri & Kurt Xuereb (Starlites)
Aaron Falzon (Traiskirchen Lions, Awstrija)
Tevin Falzon (Vigor Basket Matelica, Italja)
Nelson Kahler (Sunshine Coast Phoenix, Awstralja)
Nathan Xuereb (Gzira Athleta)
Jack Zammit (Gustavus Adolphus College, USA)
Fl-aħħar edizzjoni li saret is-sena l-oħra fl-Irlanda, Malta kisbet il-bronż. Malta se tkun qed tilgħab fi Grupp A.
Il-pubbliku malti huwa mħeġġeġ sabiex jattendi u jagħti l-appoġġ lit-team malti.
Il-prezz tal-biljetti għall-persuni ‘l fuq minn 16-il sena hu ta’ 5 Euros għall-ġurnata sħiħa (żewġ logħbiet f’kull ġurnata)
Programm ta’ logħob tat-team malti (Fażi tal-Gruppi)
It-Tlieta 28 ta’ Ġunju
19.30: Malta vs Azerbaijan
Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju
18.30: Malta vs Andorra