Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat ħabbar li s-sena d-dieħla Malta se tkun qed tospita l-ewwel Konferenza tal-Commonwealth għall-investiment dirett barrani fejn ħabbar dan waqt li kien qed jindirizza Forum tan-Negozju tal-Commonwealth f’Londra.
Spjega li l-aġenziji għall-promozzjoni tal-investiment, SMEs u korporazzjonijiet internazzjoni se jkunu mistiedna sabiex ikomplu jsaħħu fuq il-ħidma ta’ qed issir matul din il-ġimgħa waqt il-Forum tan-Negozji.
Din kienet l-ewwel konferenza minn bosta li se jkunu qed isiru bi tħejjija għal-laqgħa bejn il-Kapijiet tal-Gvern tal-pajjiżi tal-Commonwealth, CHOGM.
Il-Prim Ministru bħalissa jinsab Londra mhux biss f’isem il-Gvern Malti, iżda kif ukoll biex jippresjedi f’isem il-Commonwealth, hekk kif l-aħħar CHOGM ttellgħet f’Malta fl-2015.
Madwar 800 delegat qed jattendi għall-Forum tan-Negozju li qed jittella’ fuq tlett ijiem f’Guildhall fejn il-Gvern Malti hu rrappreżentat mill-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri.