Konferenza oħra internazzjonali se tiġi organiżżata f’Malta. Din id-darba l-Gvern Malti flimkien mal-Commonwealth u l-Kunill Malti għall-Arti, se jkunu qed jorganiżżaw il-Commonwealth Local Government Forum.
Din hija konferenza Bi-Annwali li tilqa’ mijiet ta’ delegati minn madwar id-dinja bit-tema Fit For the Future.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Local Government Forum, CLGF, Greg Munro spjega kif f’din il-konferenza se jkun qed jiġi ffokat aktar li jingħata appoġġ lill-Gvern Lokali speċjalment billi jiġu pprovduti r-riżorsi neċessarji hekk kif se jkunu qed jiġu f’Malta madwar 400 u 500 delegat mill-Commonwealth.
Munro spjega li sabiex naffaċċjaw l-isfidi mondjali ġodda il-Gvernijiet lokali għandhom ikunu involuti.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Silvio Parnis qal li bis-saħħa ta’ din il-konferenza hemm il-potenzjal li jiġu żvuiluppati strateġiji ġodda sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet futuri tal-kunsilli lokali.