Bejn is-7 u t-8 ta’ Ottubru, Malta se tospita żewġ avvenimenti prestiġġjużi: il-Mediterranean Weightlifting Cup u l-Malta International Open. Dawn se jsiru fil-Kunpless Sportiv tal-Kottomnera.
Għal dawn il-kompetizzjonijiet se jkun hawn f’pajjiżna weightlifters minn bosta pajjiżi ewropej, fosthom l-Italja, Franza, Spanja, Serbja u Eġittu.
Id-dħul għal dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet se jkun b’xejn. Se jkunu wkoll streamed live fuq www.ewfsport.tv
Waqt dawn il-jumejn se jitlaqqa’ f’Malta wkoll il-kungress elettorali tal-Mediterranean Weightlifting Confederation.
Dan hu l-programm kollu:
Is-Sibt 7 ta’ Ottubru
13.45 Opening Ceremony
14.30 Women Competition
16.00 Men Competition
17.30 Women Competition
Il-Ħadd 8 ta’ Ottubru
10.30 Men Competition
13.00 Women Competition
15.00 Men Competition
16.45 Victory Ceremony
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting tixtieq tiurringrazzja lil dawn l-entitajiet u sponsors għall-ghajnuna: SportMalta, MaltaOlympic Committee, Malta Tourism Authority, the International (IWF), European (EWF) and Mediterranean (MWC) weightlifting, Eleiko u Fontana.