Bejn it-12 u s-16 ta’ Ottubru, pajjiżna se jospita festival tal-films Ewropew, li din is-sena huwa iffokat fuq is-sostenibilità.
L-Ambaxxati tal-Awstrija, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Polonja, ta’ Spanja u tar-Renju Unit, kif ukoll l-Alliance Française de Malte-Méditerranée, il-Kunsill Malti għall-Arti, iċ-Ċentru Kulturali Ċek/l-Ambaxxata tar-Repubblika Ċeka u r-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, ħadmu flimkien biex waqqfu l-Cluster Malti EUNIC.
Il-festival tal-films EUNIC jiffoka fuq udjenzi lokali Maltin u internazzjonali, filwaqt li jippermetti lill-pajjiżi parteċipanti jippreżentaw lilhom infushom b’mod speċjali.
Il-Kopresident tal-EUNIC Cluster Malta, l-Ambaxxatur tal-Awstrija Erika Bernhard, spjegat x’temi se jitratta l-festival.
“The second European Film Festival on sustainability, of course, focuses on the areas of environment, economy, and society. Those are the three areas of the Sustainable Development Goals, which have been identified and adopted by the United Nations.”
Hija rringrazzjat lill-Ministeru responsabbli mill-Affarijiet Barranin u Ewropej, kif ukoll lil dak respobabbli mill-Wirt Kulturali, tal-koperazzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ dan il-festival.
Faħħret ukoll il-ħidma eċċellenti tal-Ispazju Kreattiv, li se jkun qiegħed jospita l-festival.
Serena Alessi, li hija d-Direttur tal-Istitut Kulturali Taljan fil-Belt Valletta, li huwa l-Ko-President tal-EUNIC, ħeġġet lill-pubbliku biex jattendi biex japprezza l-elementi tal-kultura Ewropea.
“We also believe that it is important that the Maltese public will have a sense of how strong and powerful is the European culture in this territory.”
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, irrimarka li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn mill-EUNIC Malta Cluster qed issir ħidma sfiqa favur ir- relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Dan jirrifletti dak li hemm miktub fil-Politika u Strateġija Kulturali Nazzjonali li qiegħda tiġi implimentata mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Id-dħul għal dan il-festival se jkun b’xejn. AKtar informazzjoni tista tinkiseb minn hawn.