Illum ġie kkonfermat li Malta se tkanta fis-semifinali tal-Eurovision Song Contest, li se ssir f’Basel, fl-Iżvizzera, f’Mejju li ġej.
Malta se tkanta fit-tieni parti tat-tieni semi finali, li se jsir il-Ħamis 15 ta’ Mejju fid-9pm.
Fl-ewwel semi finali se jieħdu sehem l-Iżvezja, l-Ukrajna, is-Slovenja, l-Iżlanda, l-Estonja, il-Polonja, il-Portugall, l-Olanda, l-Azerbaijan, l-Albanija, San Marino, il-Belġju, Ċipru, il-Kroazja u n-Norveġja. F’dan is-semi finali, li se jsir it-Tlieta 13 ta’ Mejju se jivvotaw ukoll l-Iżvezja, l-Italja u Spanja.
Flimkien ma’ Malta fit-tieni semi finali hemm l-Awstrija, il-Litwanja, l-Armenja, il-Montenegro, il-Greċja, l-Irlanda, l-Awstralja, il-Latvja, ir-Repubblika Ċeka, Iżrael, il-Finlandja, id-Danimarka, il-Lussemburgu, il-Ġorġja u s-Serbja.
F’dan is-semi finali se jivvotaw ukoll il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit.
Il-kanzunetta li se tirrappreżenta lil pajjiżna se tkun magħrufa s-Sibt 8 ta’ Frar, fil-finali tal-Malta Eurovision Song Contest.