Malta se tirċievi 20 ventilatur u 40,000 maskra miċ-Ċina. Dan wara intervent mill-eks Ministru u President tas-Soċjetà Maltija għall-ħbiberija Ċiniża, is-Sur Reno Calleja. Dawn għandhom jaslu Malta fil-jiem li ġejjin.
Il-maskri ngħataw mill-Assoċjazzjoni taċ-Ċiniżi flimkien mal-Assoċjazzjoni ta’ pajjiżi barranin u l-Assoċjazzjoni għall-Shandong li magħhom is-Sur Calleja ilu jżomm relazzjoni tajba.
Is-Sur Calleja rringrazzja wkoll lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina John Aquilina li permezz tagħhom din id-donazzjoni setgħet tkun possibbli.