Malta se tkun qed tipparteċipa fit-tieni nofs tas-semi-finali li se jsir fit-12 ta’ Mejju li ġej f’Rotterdam, l-Olanda.
Ma’ Malta se jipparteċipaw 16-il pajjiż ieħor, b’dawk li jiġu mal-ewwel għaxra jgħaddu għas-serata finali tas-Sibt 16 ta’ Mejju.
Din hija l-ewwel darba sa mill-2016 li Malta se tkun qed tkanta fl-ewwel serata tal-Eurovision.
Ma’ Malta se jikkompetu; Maċedonja ta’ Fuq, Belarus, Litwanja, Svezja, Slovenja, Awstralja, Irlanda, Russja, Norveġja, Ċipru, Kroazja, Ażerbajġan, Iżrael, Ukrajna, Rumanija u Belġju.
Fit-tieni semi-finali se jikkompetu; Awstrija, Moldova, Polonja, San Marino, Serbja, Iżlanda, Repubblika Ċeka, Greċja, Estonja, Danimarka, Bulgarija Svizzera, Finlandja, Armenja, Latvja, Ġorġja, Portugall u Albanija.
Is-sitt finalisti se jivvutaw kif ġej;
Fl-ewwel semi-finali: Italja, Ġermanja u l-Olanda.
Fit-tieni semi-finali: Franza, ir-Renju Unit u Spanja.