Malta se tospita lill-Greċja f’partita ta’ ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali nhar il-Ħamis 17 ta’ Novembru, fis-18:00.
Din il-logħba se tintlagħab erbat ijiem qabel il-partita ta’ ħbiberija diġà kkonfermata kontra l-Irlanda. Iż-żewġ logħbiet se jservu bħala preparazzjoni għal-logħob ta’ kwalifikazzjonijiet li jmiss tal-UEFA Euro 2024 li jibdew f’Marzu 2023 b’logħba barra mill-pajjiż kontra l-Maċedonja ta’ Fuq fit-23 ta’ Marzu u oħra f’Malta tlett ijiem wara kontra ċ-Champions Ewropej, l-Italja.
Malta ltaqgħet mal-Greċja 10 darbiet tul is-snin. Irreġistraw 7 telfiet, 2 draws u rebħa. Ir-rebħa waslet fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew li ntlagħbet f’darna fit-23 ta’ Frar 1975. Malta rebħet 2-0. L-aħħar darba li ż-żewġ pajjiżi ltaqgħu kien 11-il sena ilu, fl-4 ta’ Ġunju 2011, waqt logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew, liema logħba ntrebħet mill-Greċja rebħet 3-1.
Il-Greċja tinsab fit-52 post fir-ranking dinji.
Ritratt: MFA