Malta se tkun qed tikkompeti fit-tieni semi-finali, fl-ewwel nofs, tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju li ġej fil-kapitali Ukrena, Kyiv.
Dan ifisser li min se jirrappreżenta lil pajjiżna jittama li l-Ħamis fil-11 ta’ Mejju 2017 jaqta’ figura tajba biex imbagħad jgħaddi għas-serata finali tas-Sibt 13 ta’ Mejju 2017.
Se jkunu 43 pajjiż li se jipparteċipaw fil-Eurovision ta’ din is-sena bit-tema “Niċċelebraw id-Diversità” (Celebrate Diversity).
Malta se tkun qed tagħżel ir-rapreżentant/a għall-Eurovision nhar is-Sibt 18 ta’ Frar. Fis-selezzjoni Maltija hemm sittax-il kanzunetta u għall-ewwel darba wara diversi snin se jkun il-poplu li finalment jagħżel waħdu lil min jixtieq jara fuq il-palk fl-Ukrajna.
Intant dan huwa d-disinn tal-palk għall-Eurovision ta’ din is-sena.