Għall-ewwel darba Malta se tieħu sehem fil-London Design Biennale biex isservi ta’ vetrina għas-settur artistiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, ħabbar ukoll li l-ħidma tinsab għaddejja għall-avveniment tal-Venezia Design Biennale tal-2024.
Qal ukoll li tul is-sena li ġejja se jintlaħqu tragwardi importanti għall-MICAS fejn se jkunu qed jitlestew ix-xogħlijiet fuq il-gallariji u l-ġnien tal-iskultura.