Malta ser tieħu sehem fil-kampjonati mondjali tal-Pool li ser issiru fi Blackpool, l-Ingilterra, bejn it-18 u s-27 ta’ Ġunju. It-tliet timijiet Maltin, mibghuta mill-Malta Pool Association, ħallew Malta llum, u sr jieħdu sehem fil-kategoriji tal-irġiel, Under 18’s u Over 50’s.
It-tim tal-irġiel, li se jkun immexxi minn Carmel Cilia, se jkun kompost minn Clayton Castaldi, li ser jiddefendi t-titlu ta’ champion mondjali mirbuħ is-sena l-oħra fil-Marokk, Gary Carr, Ryan Pisani, Owen Amato, Dejan Grech, Wayne Pace, Gilmoure Scicluna u Claudio Cassar.
It-tim taż-żgħazagħ ta’ taħt it-tmintax -il sena, li se jkunu qedin jiddefendu t-titlu mirbuħ is-sena l-oħra, se jkun kompost minn Steve Muscat, Nick Muscat, Jake Castaldi u Denzel Falzon filwaqt li Noel Cassar ser ikun inkarigat biex imexxi t-team.
It-tim nazzjonali Malti tal-Over 50’s, imexxi minn Pasquale Sciberras, huwa magħmul mill-players Manuel Mallia, Marco Bonello, Antione Aquilina, Ray Caruana, Joe Camilleri u Marcel Micallef.
Barra l-kampjonati tat-timijiet kull player ser ikun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali, kompetizzjoni doubles kif ukoll f’ tournament prestiġjuż imsejjaħ World Masters Tournament.
Vincent Degiorgio, segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-federazzjonijiet Ewropej u Mondjali, se jkun l-uffiċjal inkarigat mill-kontingent Malti.