Malta ser tkun ghal darba ohra rapprezentata fil-kampjonati mondjali tal-Pool li ser issiru bejn id-19 u 27 ta’ Ottubru gewwa Killarney l-Irlanda. Din ser tkun l-ghoxrin sena konsekuttiva li l-Malta Pool Association ser tibghat kontingent f’ kategoriji differenti. Il-kampjonati ser issiru gewwa l-lukanda Gleneagle fejn il-kontingent Malti kollu ser ikun allogjat ghal matul dawn il-kampjonati.
It-tim Malti tal-irgiel, li ser ikun immexi minn Carmel Cilia, ser ikun kompost minn Clayton Castaldi, Lydan Debono, Gary Carr, Ryan Pisani, Joseph Casha, Kevin Mercieca, Wayne Bonnici u Jesmond Schembri. It-tim Malta taz-zghazagh ta’ taht il-hamsa u ghoxrin sena ser jinkludi lic-champion Ewropej Dejan Grech, Scott Muscat, Chris Zaffarese u Elcid Aquilina filwaqt li Noel Cassar ser ikun -manager tat-tim. Fil-kategorija tal-Over 50’s Malta ser tkun rapprezentata minn Christ Mills, Ray Caruana, Antione Aquilina, Brian Grech, Anthony Mifsud u Tony Muscat filwaqt li t-tim ser ikun immexi minn Pasqaule Sciberras.
Il-players Maltin ser ikunu impenjanti fil-kampjonati tat-timijiet , kampjonati individwali, kampjonati Masters, kampjonati tad-doubles kif ukoll f’ World Shootout Event.
Il-kontingent Malti ser ikun immexi minn Vincent Degiorgio li jokkupa l-kariga ta’ tezorier fil-federazzjoni mondjali kif ukoll dik Ewropeja.