“Malta għandha post speċjali f’qalbi wara li l-għarus talabni li nkun martu”
Hekk sostniet tfajla barranija li flimkien mal-għarus tagħha ġiet għal vaganza fil-jiem tas-sajf.
Spjegat kif il-btala tagħha f’Malta flimkien mal-maħbub ta’ ħajjitha kienet waħda mill-aqwa. Dan hekk kif niżel fuq sieq waħda u pproponielha.
Qalet kif ma tistax tkun ferħana daqs kemm tinsab bħalissa u kif ovvjament hi qaltlu “Iva” meta staqsiha tixtieqx tkun martu.