Numru ta’ Kunsilli Lokali ngħataw fondi minn Transport Malta sabiex jimplimentaw miżuri fil-ġimgħa Ewropea għall-Mobbiltà. Il-fondi ġew imqassma mill-Ministru għat-Trasport Ian Borg fejn spjega li għal sena oħra l-Gvern iddeċieda li jipparteċipa f’dawn l-attivitajiet bil-għan li s-settur tat-trasport isir aktar sostenibbli.
Tul dawn l-aħħar ġimgħat, numru ta’ kunsilli lokali għamlu proposti għall-miżuri temporanji u kif ukoll għall-miżuri permanenti li jtejbu l-aċċess fil-lokalità.
It-tliet rebbieħa għall-miżuri permanenti huma Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ u l-Ħamrun. Il-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar se jimplimenta sistema sabiex fil-ħinijiet tal-iskola toroq madwar l-iskejjel u l-bandli tal-lokalità se jibdew jingħalqu b’mod awtomatiku fil-ħinijiet ta’ qabel u wara l-iskola.
F’Ħaż-Żebbuġ se tkun qed pedal assisted tricycle li se jkun qed tintuża sabiex tiġbor l-iskart mit-toroq dejqa tar-raħal Dan it-tricycle se jkun qed jaħdem fil-qalba tar-raħal fejn vetturi kbar tal-iskart ma jgħaddux. Min-naħa l-oħra l-Ħamrun se jippedonalizza ż-żona ta’ biswit il-Little sisters of the poor bil-għan li jinħoloq spazju miftuħ fil-qalba tar-raħal.
Il-kunsilli tal-Imqabba, Ħaż-Żebbuġ, l-Għarb, l-Imqabba, Ħad-Dingli u Għajnsielem huma l-kunsilli li ħadu fondi għal numru ta’ miżuri temporanji.