Malta se tkun qed tagħlaq l-ewwel serata tal-Eurovision Song Contest li ġej.
Il-favorita netta li tgħolli t-trofew tal-Eurovision ta’ din is-sena, Destiny se tkun qed tkanta ‘Je Me Casse’ fis-sittax-il post nhar it-Tlieta 18 ta’ Mejju.
L-ordni ta’ kif se jkantaw il-parteċipanti fis-semifinali ħarġet fuq deċiżjoni tat-tim tal-produzzjoni tal-Eurovision.
Għaxar pajjiżi minn kull semifinali se jgħaddu għas-serata finali tas-Sibt 22 ta’ Mejju.
Skont id-djar tal-imħatri, Malta issa qatgħet xi ftit lill-Iżvizzera bħala l-aktar favorita li tirbaħ il-Eurovision li se jsir f’Rotterdam.
Il-vidjo mużikali ta’ Malta wkoll qabeż ukoll iż-żewġ miljun fuq youtube.