Matul l-jum tat-Tlieta l-Malta Football Association ħabbret li fis-7 ta’ Ġunju t-tim Nazzjonali Malti ser ikun qed jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra r-Repubblika Ċeka.
Il-partita ser tkun qed tintlagħab fi Stadion Grödig, bil-ħin tal-partita ser ikun qed jitħabbar aktar il-quddiem.
Din ser tkun l-ewwel min żewġ partiti lit-tim Nazzjonali Malti mistenni li jilgħab f’Ġunju.
L-aħħar laqgħa bejn Malta u r-Repubblika Ċeka tmur lura għas- 27 ta’ Mejju 2016, fejn dakinhar f’partita oħra ta’ ħbiberija l-avversarji kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-0.
Għat-tim Nazzjonali Malti, dawn l-partiti ser jkomplu jgħinu fil-preparazzjonijiet għal kompetizzjoni tal-UEFA Nations li tibda f’Settembru, filwaqt li għar-Repubblika Ċeka din l-logħba ser tkun waħda mill-aħħar impenji tagħhom qabel l-parteċipazzjoni tagħhom fl-Ewro 2024.