Fix-xhur li ġejjin, pajjiżna se jkun qed jingħaqad b’mod uffiċjali bħala parti mir-rotta tal-Camino de Santiago de Compostela. Dan intqal waqt sessjoni pubblika t’informazzjoni li saret fil-Forti Sant’Anġlu, li kienet indirizzata mill-Ministri Owen Bonnici u Ian Borg.
Waqt din is-sessjoni ntqal kif il-Camino de Santiago hija network kbir ta’ rotot tal-pellegrini li jiġbor fih madwar 400,000 persuna, bi 300 minnhom huma Maltin. Huwa għalhekk li ġiet ikkreata r-rotta magħrufa bħala ‘Camino Maltés’, li b’madwar 3,600km se tkun qed tgħaqqad lil Malta ma’ Sqallija, Sardenja, Barċellona u eventwalment Santiago de Compostela.
Matul din is-sessjoni kienu spjegati l-benefiċċji ta’ din l-esperjenza kemm mill-aspett ta’ turiżmu kulturali u dak reliġjuż iżda anke minn dak ta’ kummerċ.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar il-ħiliet tal-ħaddiema ta’ Heritage Malta, li f’idejhom hu fdat ħafna mix-xogħol. Huwa stqarr li l-Gvern kommess li jkompli bl-impenn tiegħu biex joħloq inizjattivi t’avvenimenti tal-ogħla livell li jsaħħaħ il-kalendarju kulturali Malti.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg spjega x-xogħol importanti li għamlet l-Ambaxxata ta’ Malta fi Spanja flimkien mal-NGO Xircammini. Sostna kif permezz ta’ numru ta’ laqgħat fuq livell diplomatiku u anke tekniku ntlaħaq qbil li bih Malta setgħet tkun parti minn din il-mappa internazzjonali. Huwa sostna li s-settur kulturali huwa wieħed essenzjali u jħares ’il quddiem li jkomplu jikkollaboraw f’aktar inizjattivi ta’ dan it-tip.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Affarijiet Bararnin Ian Borg spjega x-xogħol importanti li għamlet l-Ambaxxata ta’ Malta fi Spanja flimkien mal-NGO Xircammini. Sostna kif permezz ta’ numru ta’ laqgħat fuq livell diplomatiku u anke tekniku intlaħaq qbil li bih Malta setgħet tkun parti minn din il-mappa internazzjonali. Huwa sostna kif għall-Ministeru, is-settur kulturali huwa wieħed essenzjali u jħares ‘il quddiem li nkomplu nidħlu f’aktar inizjattivi ta’ dan it-tip.
Ritratt tal-kampanja: outsideonline.com