Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li Malta hija l-uniku pajjiż fl-ewropa li żiedet il-budget għas-saħħa sena wara l-oħra waqt li pajjiżi oħra membri tal-Unjoni Ewropea kienu qed inaqqsuh. L-ispiża rikorrenti għas-saħħa s-sena d-dieħla se tkun ta’ nofs biljun ewro – żieda ta’ €50 miljun.
Huwa qal li l-gvern irid jipprovdi serviss tas-saħħa li jkun komprensiv, aċċessibbli, eċċellenti u sostenibbli.
Ħabbar li minn Jannar li ġej f’Malta se jkun hawn ir-Royal College of Surgeons of Ireland biex jagħmlu Malta ċentru tal-eżamijiet għall-kirurgi.
Il-Ministru Fearne ikkritika lill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-pożizzjoni li ħa dwar il-mediċini generiċi u qal li Dr Busuttil mhux “leader of the opposition” imma “leader of no position” daqs kemm ibiddel fehmtu mil-lejl għan-nhar. Is-sena l-oħra l-gvern nefaq €60 miljun f’mediċini ġeneriċi. Kieku kellu jbiddel kollox għal mediċini tad-ditt, kieku ried jonfoq €100 miljun.
Il-gvern kellu jħaffef jibni l-Isptar tal-Onkoloġija għax kien se jitlef €50 miljun mill-UE daqs kemm kaxkru saqajhom in-Nazzjonalisti.
Mr Fearne qal li l-ministru qed jara x’se jkunu l-bżozzinijiet kapitali għas-servizz tas-saħħa fil-ħames snin li ġejjin u se jistieden lil kumpaniji jinvestu fil-makkinarju huma u hu jixtri s-servizz mingħandhom. Dis-sistema adottaha mal-Vital Global Healthcare li se tinvesti €200 miljun fi tliet sptarijiet u l-gvern jixtri s-servizzi mingħandhom. Huwa ċaħad allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni li Vital setgħu ibiddlu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-isptarijiet mingħġajr qbil mal-istess ħaddiema.
Il-Gvern Nazzjonalista ħalla l-kċina tal-Isptar t’Għawdex fi stat diżastruż u l-Isptar San Luqa rrendih rubbish dump mimli ġrieden u ħmieġ tal-ħamiem.
Mr Fearne ċċekkja u sab li ma kinitx minnha l-allegazzjoni ta’ Claudette Pace li kien hemm erba’ mediċini out of stock. Fi żmien in-nazzjonalisti kien hemm sa 200 medicina out of stock f’mument wieħed biss.
Huwa qal li 85 fil-mija takl-pażjenti jirċievu kura fl-Emerġenza fi żmien erba’ siegħat. 20 qabla se jidaħħlu jaħdmu mal-gvern nhar it-Tnejn biex ikun hemm servizz aħjar għal pazjenti. Il-listi tal-istennija naqsu u se jinbena outpatients’ department, b’parkeġġ taħt.
Mis-sena d-dieħla, barra l-mediċini, il-gvern se jibda jqassam 40 cilindru tal-ossiġnu kuljum lill-pazjenti.
Waqt li rringrazzja lill-President għax-xogħol li tagħmel ma’ dawk morda bil-kanċer, il-ministru qal li ivvota €3 miljun biex jinxtraw il-mediċini meħtieġa għal dawn il-pazjenti għax il-gvern jemmen kli dawn għandhom jeħduhom bi dritt.
Huwa qal li kien hemm ħames konsorzji li aplikaw għall-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.