Rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF jgħid li pajjiżna se jkollu l-inqas rata ta’ qgħad din is-sena u s-sena d-dieħla fiż-Żona Ewro.
Skont ir-rapport Malta se jkollha rata ta’ qgħad ta’ 3.6%, waqt li s-sena d-dieħla din se tkompli tonqos għal 3.5%.
Il-medja fiż-Żona Ewro dwar il-qgħad hija aktar mid-doppju ta’ Malta u tlaħħaq it-8%.
Dan ir-rapport qed ibassar ukoll li din is-sena u s-sena d-dieħla, pajjiżna se jkollu tkabbir ekonomiku.
Dan hekk kif din is-sena pajjiżna se jkollu tkabbir ekonomiku ta’ 5.7%, waqt li s-sena d-dieħla t-tkabbir ekonomiku se jkun ta’ 6%.