Fix-xhur li ġejjin se jiddaħħal f’pajjiżna l-Continuous Glucose Monitoring, li jitwaħħlu fuq il-ġilda u li kontinwament jaqraw il-livell taz-zokkor għal tfal bil-kundizzjoni tad-dijabete.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne waqt laqgħa li l-kumpanija internazzjonali tal-IT, IBM tellgħet f’pajjiżna. Ħabbar li issa, il-qari tal-livelli taz-zokkor, miflok ser jibqa’ f’idejn il-pazjent, ser ikun imqabbad ma’ sistema tas-saħħa fejn din ser tirċievi informazzju u tkun tista tieħu azzjoni fejn ikun hemm livell għoli ta’ zokkor.
Il-Ministru żied jgħid li ġew diskussi wkoll sistemi modernizzati oħra fl-isptarijiet madwar Malta u Għawdex, sabiex il-pazjenti Maltin u għawdxin ikollhom l-ogħla livell ta’ saħħa.