Malta kklassifiat fis-seba’ post bħala wieħed mill-aktar postijiet instagrammable fl-Ewropa. Is-sit internazzjonali tal-ivvjaġġar, Big Seven Travel, analizza 50 belt jew pajjiż fl-Ewropa skont l-istorja u x-xenarju naturali fost l-oħrajn.
Skont is-sit, l-isbaħ post fejn wieħed jista’ jieħu ritratt għal fuq il-profili tiegħu huwa Dubrovnik fil-Kroazja. L-Iżlanda, L-Iskozja, Budapest, il-Cotswalds fl-Ingilterra u Kerry fl-Irlanda segwew lil Dubrovnik rispettivament.
Malta qabżet l-Ukrajna, Vjenna, Milan, u Firenze fost l-oħrajn billi tpoġġiet fis-seba’ post. Is-sit analizza wkoll l-isbaħ seba’ postijiet fil-Gżejjer Maltin fejn wieħed jista’ jieħu ritratt. Dawn huma:
- Popeye Village, il-Mellieħa;
- Blue Lagoon, Kemmuna;
- Għawdex;
- L-Imdina;
- Strada Stretta, il-Belt Valletta;
- Tas-Sliema, u
- Marsaxlokk