Malta rratifikat ftehim dwar relazzjonijiet u koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela rratifika dan il-ftehim li għandu jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u New Zealand.
Dan il-ftehim għandu l-għan li jtejjeb il-koperazzjoni dwar is-sigurtà u l-iżvilupp ekonomiku bejn l-istati membri u New Zealand.