Bħalissa, f’Moska, mijiet ta’ Russi qed isellmu lill-aħħar President tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev waqt ċerimonja tal-aħħar tislima, li fiha qed jispikka n-nuqqas ta’ attendenza tal-President Russu, Vladimir Putin. Gorbachev miet nhar it-Tlieta li għadda fl-għomor ta’ 91 sena.
Fost dawk preżenti għall-funeral hemm l-Ambaxxatur tal-istati Uniti għar-Russja kif ukoll diversi ambaxxaturi ta’ bosta Stati membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Ambaxxatur ta’ Malta għar-Russja, Pierre Clive Agius. Kien hemm ukoll il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban. Il-Kremlin ippojbixxa lil mijiet ta’ uffiċjali barranin milli jidħlu fir-Russja bioex jattendu għall-funeral, b’ritaljazzjoni għas=sanzjonijiet li impona l-Punent fuq ir-Russja minħabba l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.
Bħalissa l-pubbliku qed isellem lil Gorbachev billi jdur madwar il-katavru tiegħu, li jinsab espost f’tebut miftuħ fis-Sala tal-Kolonni tal-Palazz tal-Unjins.
Gorbachev se jindifen fiċ-ċimiterju ta’ Novodevichy, ħdejn martu Raissa, li mietet fl-1999. F’dan il-midfen hemm ukoll bosta politiċi kbar, intellettwali, poeti, u membri tal-familja rjali.