Malta kienet irrappreżentata minn 75 parteċipant fil-World Medical and Health Games, magħrufa bħala Medigames, flimkien ma’ 41 pajjiż ieħor.
Il-Medigames ilhom isiru mill-1978 u din is-sena saru għall-ewwel darba f’Malta. Pajjiżna spiċċa fit-tieni post b’116-il midalja, bil-logħbiet jintrebħu mill-Ġermanja b’165 midalja. Il-parteċipanti jkunu kollha ġejjin mill-qasam mediku f’kull forma tiegħu.
II-parteċipanti Maltin rebħu 60 midalja tad-deheb, 43 midalja tal-fidda u 13-il midalja tal-bronż.
Iktar kmieni llum, il-parteċipanti ltaqgħu mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, li rringrazzjahom tal-impenn tagħhom.