Għat-tieni sena konsekuttiva Malta tinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-ILGA-Europe’s Rainbow Index, dan ifisser li Malta tinsab l-ewwel minn 49 pajjiż li u membru stat tal-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.
Fis-sena 2016 Malta introduċiet l-Affirmazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru, fejn ġie pprojbit kull tip ta’ kliem dispreġġjattiv sabiex jiġi żgurat li l-ebda orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru u espressjoni tal-ġeneru ma titqies bħala marda.
Apparti minn hekk ġiet introdotta politika fejn persuni Trans, Gender Varient u Intersex li jeħlu sentenzi ta’ priġunerija jintbgħatu fil-ħabs skont il-ġeneru li huma mniżlin fuq il-karta tal-identità.