Skont studju li ġie ppubblikat mill-Eurostat, il-Maltin ma jħossux li għandhom xi limitazzjonijiet fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum minħabba l-istat tas-saħħa tagħhom.
Skont dan l-istudju, 24.1% tal-persuni fl-Unjoni Ewropea minn 16-il sena ’l fuq għandhom problemi jagħmlu l-attivitajiet ta’ kuljum minħabba problemi tas-saħħa. Fost il-pajjiżi Ewropej kollha, Malta u l-Isvezja huma l-pajjiżi fejn persuni ma jħossux li għandhom limitazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, il-Latvja u l-Awstrija huma l-aktar pajjiżi fejn persuni jħossu li għandhom limitazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum marbuta mal-kundizzjoni tas-saħħa tagħhom.
F’pajjiżna, kienu biss 3.5% li jħossu li għandhom limitazzjoni severa, filwaqt li 87.1% iħossu li m’għandhom l-ebda tip ta’ limitazzjoni.