L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol tellgħet l-ewwel simpożju b’rabta mal-ġejjieni tal-futbol Malti u d-dinja tal-isport elettroniku.
Is-simpożju ġie indirizzat mill-ġurnalist ta’ Sky Sports u espert tas-suq tat-trasferiment tal-futbol Gianluca di Marzio li għandu aktar minn miljun segwaċi fuq twitter.
Huwa tkellem dwar kif il-midja soċjali għamlet l-informazzjoni aktar aċċessibbli għall-ġurnalisti u l-qarrejja. Madankollu stqarr li din ġabet magħha sfidi ġodda bħalma huma l-aħbarijiet foloz, li hija wkoll realtà fid-dinja tal-futbol.
“E’ un problema perche oggi nel social media ci sono tanti fake news. Tante persone che pensano di essere insiders e di essere meglio di giornalisti di sapere di piu dei giornalisti e quindi molti fan molti tifosi credono molto di piu ghal insiders che ai noi giornalisti e quindi non è facile riusciere capire alla gente al publico che noi facciomo tante verifiche prima ad arrivare alla verita”
Huwa qal li din kienet l-ewwel darba għalih f’Malta izda stqarr li huwa ċar li l-pajjiż qed jgħix realtà moderna. Qal li n-nies qed tħares lejn Malta bħala pajjiż li għandhom jiskopru.
Matul dan is-simpozju tkellimna wkoll ma’ Kurt Fenech, żagħżugħ Malti li ilu għal dawn l-aħħar tliet snin speċjalizza fl-isport elettroniku tant li sar l-impjieg ewlieni tiegħu.
Is-sena li għaddiet Fenech ħa sehem fil-world cup li tatu pjattaforma biex ikompli jimraħ f’dan ix-xogħol. Huwa kellu kliem pożittiv dwar it-tnedija tal-viżjoni ta’ Malta għall-industrija tal-video Games u l-esports.
“Meta smajt l-aħbar huwa importanti għalina, għax l-e-sports mhux biss huwa l-preżent imma anke l-futur. Il-fatt li Malta se tkun pass importanti għall-e-sports hija tajba għalija”
Il-Viċi President tal-MFA, Matthew Paris, qal li l-MFA qed tipprova tqarreb il-futbol tradizzjonali mal-isport elettroiku.
“L-MFA qed tħares lejn din l-opportunità, għax hem ħafna nies li ma jsegwux il-futbol b’mod tradizzjonali, iżda jħarsu lejn u jsegwu dak li huwa e-sports”
Is-simposju kien indirizzat mis-Segretarju Parlamentari, Silvio Schembri li stqarr li Malta qed tirrikonoxxi dawn l opportunitajiet biex televa l-logħob diġitali bħala settur ġdid għall-ekonomija Maltija.
U meta l-ispekulazzjonijiet dwar il-kowċ ta’ juventus li jmiss jinsabu fl-aqwa tagħhom, ma stajniex ma nistaqsux lil DI MARZIO min jaħseb li se jkun il-kowċ il-ġdid.
Penso che l allenatore della Juventus possa arrivare dal Ingilterra da Londra e quindi penso che possa essere sarri l allenatore del Chelsea.