Nhar is-Sibt 22 ta’ April it-tim nazzjonali tar-rugby f’pajjiżna se jkun qed jilgħab kontra t-tim tal-Iżrael. Logħba mistennija ferm mill-Maltin għaliex l-atmosfera ta’ logħba rugby toffri pjaċir u divertiment lil dawk preżenti. Dawk interessati għadhom fiċ-ċans li jingħataw biljetti VIP għal din il-logħba.
B’dawk rebbieħa se jkollhom iċ-ċans li jgawdu l-logħba b’ikel u xorb b’xejn filwaqt li wara jkunu jistgħu jieħdu ritratt mal-plejers.
Dan hekk kif Gasan Mamo Insurance fuq il-paġna ta’ facebook għamlu kompetizzjoni li tintemm fid-19 ta’ April, kull ma trid tagħmel biex tidħol fiċ-ċans li tirbaħhom huwa li tagħmel SHARE tal-filmat li tpoġġa fuq il-paġna ta’ facebook tagħhom u fid-deskrizzjoni tagħmel tag tal-ħabib jew ħabiba li tixtieq li tieħu miegħek.
Isma l-messaġġ tal-President tal-Malta Rugby Football Union u l-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti, Damian Neil: