Nhar is-Sibt, 11 ta’ Novembru, 2023, ser issir il-Fun Walk tal-President b’risq il-Malta Community Chest Fund magħrufa bħala ‘Mixja mal-President’. L-attività se tibda fis-15:00hrs mill-Palazz Verdala, tgħaddi mill-Palazz Sant’Anton, u tintemm quddiem il-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.
Malta Public Transport qed tħabbar servizz speċjali għall-parteċipanti kollha tal-President’s Fun Walk filwaqt li se żżomm mat-tradizzjoni u l-impenn annwali tagħha li tappoġġja avvenimenti komunitarji u tiffaċilita s-servizzi tat-trasport pubbliku. Dan is-servizz se jkun b’xejn għal dawk kollha li jilbsu l-flokk jew bavalor tal-Fun Walk.
Is-servizz tax-shuttle se jitlaq minn Valletta Bay C3 lejn il-Ġonna Sant Anton f’Ħ’Attard, b’waqfa f’Bus Stop 6230 Vestru. Is-servizz imbagħad seri kompli lejn il-Palazz Verdala fil-Buskett, u jieqaf f’Bus Stop 2224 Verdala. Is-servizz tax-shuttle se jopera minn 12:00hrs sa 14:00hrs, bi tluq skedat kull 15-il minuta matul dan il-perjodu ta’ żmien. Mis-14:15hrs sas-15:00hrs, is-servizz se jieqaf esklussivament fil-Palazz ta’ Sant Anton, biex il-parteċipanti jkollhom aċċess konvenjenti għall-avveniment.
Malta Public Transport se testendi l-ħinijiet operattivi tar-Rotta 56 wara l-konklużjoni tal-President’s Fun Walk fil-Belt Valletta. Il-ħinijiet estiżi se jkunu fis-seħħ sas-18:30hrs, 19:00hrs, 19:30hrs, u 20:00hrs.
Wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni billi jżur is-sit www.publictransport.com.mt.