Malta Public Transport qed tħabbar servizzi speċjali li se tkun qed toffri lil dawk kollha li se jkunu qegħdin jattendu l-kunċert Speċjali tal-Milied ta’ Joseph Calleja li se jsir fiċ-Ċentru tal-Fieri u Konvenzjonijiet ta’ Malta (MFCC) f’Ta’ Qali fil-25 ta’ Novembru 2023.
Wara li jispiċċa l-kunċert, ser ikun hemm servizzi speċjali li jitilqu min-naħa tal-ġinnasju miftuħ f’Ta’ Qali. Dawn ir-rotot huma mfassla biex jilqgħu għal diversi destinazzjonijiet madwar Malta.
Bi tluq f’23:45hrs, ir-Rotta tat-Tramuntana se tibda minn Ta’ Qali, b’waqfien fir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, Buġibba, u l-Qawra.
Għal dawk li sejrin lejn il-lokalitajiet ċentrali, is-servizzi se jibdew f’Ta’ Qali, b’waqfiet f’Ħal Lija, Birkirkara Bypass, San Ġwann, San Ġiljan, Tas-Sliema, u l-Belt Valletta. Il-ħinijiet tat-tluq għal din ir-rotta huma skedati fit-23:45hrs u l-23:55hrs.
Ir-Rotta tax-Xlokk tibda minn Ta’ Qali u tieqaf f’Ħ’Attard, Ħal Balzan, B’Kara, Ħamrun, Raħal Ġdid, Kottonera, Ħaż-Żabbar, Fgura, Ħal Tarxien, Żejtun, u Birżebbuġa, b’ħin tat-tluq f’23:45hrs.
Ir-Rotta tal-Lbiċ se titlaq minn Ta’ Qali f’23:45hrs u tivvjaġġa lejn Ħaż-Żebbug, Ħal Qormi, Marsa P&R, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, Ħal Safi, iż-Żurrieq, Mqabba, and Qrendi.
Dawk il-passiġġieri li se jużaw is-servizz tal-karozzi tal-linja biex jattendu l-kunċert, għandhom jieħdu nota ta’ dan it-tagħrif għal rotot speċifiċi:
- Ir-Rotta 56 mill-Belt tkun konkluża fis-18:15hrs.
- Ir-Rotta 202 minn Tas-Sliema, li tgħaddi minn San Ġiljan, se topera kull siegħa u titlaq minn Ferries f’nofs is-siegħa.
- Ir-Rotta 186 minn Buġibba, li tgħaddi mill-Qawra hi disponibbli kull nofs siegħa.
Is-Servizzi Speċjali huma parti mill-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn li għandha l-għan li tħeġġeġ l-użu tat-trasport pubbliku. Dawk il-passiġġieri li m’għandhomx Tallinja Card valida jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-linja bi ħlas ta’ €3.
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur is-sit www.publictransport.com.mt jew isegwi l-mezzi soċjali ta’ Malta Public Transport.