Sabiex tagħti servizz aktar effiċjenti lill-klijenti, Malta Public Transport ħabbret li b’effett minn nhar il-Ħadd 8 ta’ Lulju 2018 ser ikun hemm żieda fil-frekwenza tas-servizz għall-rotot popolari.
- Ser ikun hemm servizz kull 20 minuta flok kull 30 minuta kuljum bejn id-9:00 u l-12:00 u bejn l-16:30 u s-19:30 fuq ir-Rotot 41 u 42 bejn il-Belt Valletta u ċ-Ċirkewwa.
- Ser ikun hemm servizz kull 15 minuta flok kull 20 minuta kuljum bejn id-9:00 u t-20:00 fuq ir-Rotta 212 (minn Tas-Sliema għal Buġibba) u fuq ir-Rotta 221 (minn Buġibba għaċ-Ċirkewwa), u bejn id-9:00 u l-12:00 u bejn l-16:00 u t-20:00 kuljum fuq ir-Rotta 222 (minn Tas-Sliema għaċ-Ċirkewwa).
- Fuq ir-Rotta 53, bejn il-Belt Valletta u r-Rabat tal-Virtu, ser ikun hemm servizz kull 30 minuta flok kull siegħa kuljum bejn id-9:00 u t-20:00.
- Fuq ir-Rotta 31, bejn il-Belt Valletta u Buġibba, ser jizied is-servizz bejn is-19:00 u t-20:30 mit-Tnejn sas-Sibt u matul il-ġurnata kollha nhar ta’ Ħadd.
- Fuq ir-Rotta 48, bejn il-Belt Valletta u Buġibba, ser jiżdied vjaġġ ieħor nhar ta’ Ħadd filgħodu, li jitlaq fil-5:20 mill-Belt Valletta u fil- 5:10 minn Buġibba.
Għall-aktar informazzjoni u għal skeda kompluta, il-klijenti jistgħu iżuru l-Journey Planner fuq is-sit publictransport.com.mt u fuq it-Tallinja App li tista’ titniżżel b’xejn minn Apple AppStore u Google PlayStore.