Waqt l-ewwel summit organizzat mill-KPMG b’rabta tal-gaming f’pajjiżna, il-Ministru Chris Cardona qal li Malta hija onorata li tospita bi prominenza dan is-settur, filwaqt li hija kommessa li tkompli tevolvih.
Spjega kif il-potenzjali li pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza għall-ekonomija diġitali qed ikompli jikber.
Irrimarka wkoll li waqt li Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna se jospita assemblea diġitali.
Iċ-chairman tal-Malta Gaming Authority Joseph Cuschieri spjega li fost l-ikbar diffikultajiet hemm dik li timplimenta leġiżlazzjoni, u qabel dan isir, irid ikun eżaminat x’se jgib miegħu il-futur.
Qal ukoll li bħala awtorità jinsabu viċin li jkollhom leġislazzjoni li tagħmel unur filwaqt li tpoġġi lill-Malta bħala s-silicon village tal-gaming fid-dinja.
Ivan Filletti, head of operations and business development ta’ Gaming Malta, tkellem dwar l-importanza li nibqgħu fuq quddiem f’dan is settur, filwaqt li nantiċipaw dak li l-futur se jġib miegħu.