Konferenza globali dwar l-abolizzjoni tal-kastig bis-swat se ssir f’Malta fl-2018.
Fi tmiem konferenza ta’ jumejn fi Vjenna bl-isem “Towards Childhoods Free from Corporal Punishment” il-Ministru Awstrijakk għall-Familja u ż-Żgħażagħ Sophie Karmasin ħabbret li l-konferenza globali li jmiss se ssir taħt l-awspiċi tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Il-President qalet li l-pożizzjoni ta’ Malta tagħmilna pajjiż perfetta biex nospitaw konferenza ta’ dan it-tip, li tlaqqa’ rappreżentanti minn kull rokna tad-dinja.
Dan kollu bil-għan li l-messaġġ ikun ċar: il-vjolenza fuq it-tfal m’hi aċċettabbli qatt.