Malta għal darb’oħra protagonista, din id-darba fejn jidħol tbaħħir u yachting. Dan għax tnediet it-tieni edizzjoni tal-avveniment prestiġjuż RC44 Valletta Cup, li se ssir xi xtuna.
L-avveniment huwa mqassam fuq ħamest’ijiem u lse jibda għada, b’għadd ta’ tlielaq intensivi jitilqu minn tas-Sliema għall-Port il-Kbir. Sidien dilettanti se jkunu jistgħu jbaħħru fuq yachts ta’ ċertu kalibru, ħafna minnhom għall-ewwel darba. Il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi l-ispettaklu mill-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq u tal-Barrakka ta’ Isfel.
Il-Ministru għall-Ekonomija u għall-Intrapriżi Żgħar Chris Cardona iddeskrivih bħala avveniment eċitanti, għaliex huwa tour li se jżur fost l-isbaħ destinazzjonijiet tat-tbaħħir fid-dinja. Avveniment li jlaqqa’ s-settur tan-negozju mas-settur tal-yachting.
“Avveniment ta’ kalibru bħal RC44 huwa magħruf għal kemm jattira nies u sens ta’ ħbiberija, u dik hija perfetta għal Malta, li se tilqa’ dan kollu b’merħba kbira” stqarr Cardona.
Kien hemm ħafna ħidma biex l-avveniment inġieb hawn Malta, bi pjanar li dam xhur u t-twaqqif tal-Yacht Racing Association.
Pajjiżna qed jingħata promozzjoni b’rabta ma’ dan l-avveniment