Malta qiegħed tkun pijuniera fil-qasam tal-blockchain. Kliem Natalie Smolenski antropoloġista fil-qasam tal-iżvilupp diġitali u l-blockchain fejn iddeskriviet lil pajjiżna bħala ċentru li qiegħed iservi ta’ eżempju għall-bqija tad-dinja fil-qasam diġitali.
Is-Sinjura Smoleski, li kienet waħda mill-imħuħ wara l-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ servizzi tal-blockchain madwar id-dinja, stqarret mindu Malta nediet l-ewwel qafas regolatorju fid-dinja fil-qasam tad-DLT, qiegħda twettaq il-viżjoni li esprima l-Prim Ministru Joseph Muscat – dik li pajjiżna jkun “a blockchain nation”.
“MALTA IS A PIONEER. IN 2017 PRIME MINISTER JOSEPH MUSCAT SAID MALTA SHOULD BECOME A BLOCKCHAIN NATION. SINCE THAT TIME MALTA HAS LAUNCHED A WORLD FIRST DLT REGULATORY FRAMEWORK THAT HAS ATTRACTED FINTECH COMPANIES FROM ALL AROUND THE WORLD. AS I MENTIONED IT LAUNCHED A WORLD FIRST CREDENTIAL WHICH HAS PLACED IT ON THE REGULATORY AGENCIES FROM GOVERNMENTS FROM ALL AROUND THE WORLD, CORPORATIONS AND UNIVERSITIES.”
Dan qalitlu fil-kuntest tal-fatt li tul dawn il-jiem, Malta qiegħda tospita konferenza ta’ jumejn dwar kif qiegħda tiżviluppa ’l quddiem id-dinja tal-blockchain, fejn kif spjegat tajjeb Smoleski stess pajjiżna qiegħed iservi ta’ eżempju għal sbatax-il pajjiż ieħor.
“MALTA IS IN A UNIQUE POSITION TO HOST A CONFERENCE ON THE VALUE OF BLOCKCHAIN CREDENTIALS LEARNERS WORLDWIDE. OVER THESE TWO DAYS, REPRESENTITIVES FROM 17 COUNTRIES TO LEARN FROM MALTA’S EXPERIENCE AND UNDERSTAND HOW THEY CAN APPLY IT TO THEIR COUNTRIES.
Is-Sinjura Smoleski stqarret li l-akbar eżempju li qiegħda tagħti Malta hi r-rieda politika biex tħejji ġejjieni sod u regalat għal dinja diġitali.
“HOW TO LEAD, HOW TO GET THE POLITICAL WILL TO MAKE THINGS HAPPEN IN THE NEAR FUTURE AND THEN HOW TO PLAN A STRATEGY FOR THE LONG TERM.”