F’diskors ta’ aktar min-nofs siegħa jitkellem mill-bidu sal-aħħar fuq l-inkjesta, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech infexx f’ħafna tgħajjir u għajjat u mbagħad qal li Malta hi nazzjonpajjiż meta jkun hemm il-Partit Nazzjonalista biss fil-Gvern.
Bernard Grech: “Malta nazzjon, il-Partit Nazzjonalista.”
F’attività politika f’Birkirkara spikka t-tislim lejn esponenti Nazzjonalisti marbuta mal-passat u li għadhom parti integrali mill-Partit Nazzjonalista.
Mhux biss issemma Lawrence Gonzi imma anki Tonio Fenech u Simon Busuttil.
Bernard Grech: “Kif aħna kburin bil-kapijiet kollha tagħna. Għandna magħna wkoll lil Simon Busuttil.”
David Agius: “Imma nsellem ukoll lil Tonio Fenech.”
Qabel Bernard Grech tkellem ukoll l-eks Viċi Kap David Agius li kien fit-tmexxija waqt il-ġlied biex tqaċċat sieħbu Adrian Delia, u dan sellimlu iżda qabel ried isellem anki lil Beppe Fenech u Michael Fenech Adami, tal-ewwel membru tal-Blue Heroes li neħħew lil Delia u tal-aħħar jakkumpanja lil Casa u jorganizza l-loġistika tal-partit u jgħin fl-attivitajiet ta’ Repubblika.
David Agius:“Grazzi lil Beppe u lil Michael.”
“Grazzi Adrian Delia.”
“Magħna wkoll l-eks Kap tal-partit Simon Busuttil. Grazzi Simon.”
“U nkomplu nibnu flimkien ma’ David Casa.”
Wara li David Agius sellem lil Casa, beda jgħid biex it-2 minn Metsola jtuh lilu ħalli anki l-partit ta’ Bernard Grech iġib it-tielet siġġu.
David Agius:“Flimkien magħha ejjew nassiguraw li ntellgħu t-tielet siġġu għall-Partit Nazzjonalista.”
Metsola li tkellmet eżatt wara Agius irringrazzjatu tal-1.
“Li jivvutaw il-1 lili u jkomplu fuqek.”
Fid-diskors ta’ Metsola spikkat l-aggressività bi kliem li diġà kienet qalet.
“Ma nħalluhomx.”
“Fake, temmnuhomx u tħalluhomx.”
F’Birkirkara, il-Partit Nazzjonalista qal li jrid ipinġi l-mappa tal-lokal bil-kulur blu.
“Biex wara t-8 ta’ Ġunju jkollna f’Birkirkara Sindku Nazzjonalista.”
David Agius żied jgħid li l-partit jiġi qabel kull ħaġa oħra.
“Il-partit l-ewwel.”
Lejn l-għeluq tiegħu, Bernard Grech talab lin-nies jivvutawlu u qal li bla dubju se jsir Prim Ministru billi l-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern.
“Bla dubju mbagħad mill-Gvern.”