Malta mhux se tkun qed tinħakem mill-mewġa ta’ sħana qawwija li bħalissa qed jesperjenzaw bosta pajjiżi fl-Ewropa, fosthom Spanja, Franza u l-Portugall.
Qalet dan ma’ One.com.mt bassara tat-temp mill-Uffiċċju Meterjoloġiku, fejn spjegat kif l-ogħla temperatura l-ġimgħa d-dieħla mistennija tkun 34 Grad Celsius.
Dawn il-pajjiżi qed ibatu l-konsegwenzi ta’ din il-mewġa ta’ sħana, hekk kif qed ikollhom jikkumbattu nirien qawwija li ħakmu lill-pajjiżhom.
Min-naħa l-oħra r-Renju Unit iddikjarat stat ta’ emerġenza nazzjonali u daħlet restrizzjonijiet ġodda kawża ta’ dan.