Malta għamlitha ċara li mhux se tħalli vapuri navali Russi fil-Mediterran jieħdu fuel jew jieqfu għal bunkering f’Malta.
Minkejja li pajjiżna diġa’ għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara, hemm min qed jibgħat emails bl-għan li jallarma jew inkella joħloq sensazzjoni. Saħansittra qed jitolbu li tkun iffirmata petizzjoni.
Din l-email qed issib ruħha l-inbox ta’ bosta.
Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin spjega li kull vapur li jrid jidħol fl-ibħra teritorjali Maltin, irid ikollu clearance mill-Gvern, li toħrog mill-Ministeru. Jekk ma jkollux clearance, ma jistax jidħol. Jekk jippersisti u jidħol mingħajr dan il-permess, hemmhekk iqum inċident diplomatiku.