Fi stqarrija, il-Gvern qal li saret operazzjoni ta’salvataġġ fuq il-bastiment MV Aquarius qrib il-Kosta Libjana, aktar viċin tal-Libja, it-Tuneżija u l-Italja f’operazzjoni kkordinata mal-awtoritajiet Libjani. Fl-istqarrija ġie spjegat li Malta ma kinitx l-awtorità kompetenti biex tikkordina din l-operazzjoni, u għalhekk m’għandha ebda obbligu legali biex tipprovdi l-arranġamenti għal post sigur.
Il-Gvern ta’ Malta qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni u jinsab f’kuntatt ma’ awtoritajiet oħrajn.
Intant l-awtoritajiet Maltin tat-tiftix u s-salvataġġ salvaw 114-il immigrant li kienu fuq dinghy għerqu.