Malta tikkundanna d-deċiżjoni tal-Federazzjoni Russa li formalment tirrikonoxxi l-indipendenza tat-territorji ta’ Donetsk u Luhansk.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, intqal kif din id-deċizjoni tikser l-integrità terrirtorjali u s-sovranità tal-Ukrajna. Dan filwaqt li hija inkonsistenti mal-Prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Magħquda filwaqt li tikser ukoll il-Ftehim ta’ Minsk u timmina l-possibilità ta’ soluzzjoni diplomatika.
Malta tinsab ukoll mħassba dwar iż-żieda ta’ bombi li qed jiġu rrapportati madwar il-fruntiera, li qed iwassal għal żieda fin-numru ta’ vittmi, kif ukoll dwar in-numru ta’ ksur ta’ ftehim ta’ waqfien mill-ġlied irreġistrati mill-Missjoni Speċjali ta’ Monitoraġġ tal-OSCE fl-Ukrajna.
Malta ttenni bl-aktar mod b’saħħtu li d-djalogu u d-diplomazija għandhom jipprevalu u jiġu segwiti min-naħat kollha. F’dan il-mument kruċċjali, Malta tinsab ukoll f’kuntatt mal-msieħba Ewropej.
L-istqarrija temmet tgħid li Malta għal darb’oħra titlob għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna, skont il-Ftehim ta’ Minsk.